WEBVTT

1
00:00:56.860 --> 00:01:01.200
Jien informat li l-arranġament li ntlaħaq bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra huwa li

2
00:01:01.410 --> 00:01:11.820
s-seduta tiġi trażmessa live mill-Public Broadcasting Services (PBS). Kull stazzjon tat-televiżjoni jew

3
00:01:11.820 --> 00:01:14.980
internet service provider jingħata clean feed mill-PBS minn meta l-Ispeaker jieħu l-ġurament

4
00:01:14.930 --> 00:01:14.980
sakemm l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta itemm id-diskors tiegħu. Il-media kollha għandha

5
00:01:14.930 --> 00:01:19.720
l-permess li tiġbed ritratti u filmati minn ġewwa l-Kamra waqt il-ġurament tal-Ispeaker,

6
00:01:19.670 --> 00:01:22.840
u d-DOI se jkun qed jiġbed ir-ritratti waqt li l-Onor. Membri jieħdu

7
00:01:26.120 --> 00:01:53.790
l-ġurament. Il-media se jkollha wkoll l-opportunità li tiġbed ritratti u filmati mad-dħul

8
00:01:53.740 --> 00:07:48.800
tal-President ta’ Malta fil-Kamra u fil-bidu tad-diskors tal-Eċċellenza Tiegħu. Issa l-Kamra se

9
00:07:48.800 --> 00:08:03.260
tgħaddi għall-elezzjoni tal-Ispeaker. Il-Prim Ministru. Nipproponi lil Dr Anġlu Farrugia bħala Speaker

10
00:08:03.860 --> 00:08:15.940
tal-Kamra tad-Deputati. Min jissekonda? Nissekonda. Hawn rimarki? Il-Kap tal-Oppożizzjoni. Nixtieq nagħmel rimarka,

11
00:08:17.920 --> 00:08:23.120
jekk jogħġbok, u nindirizza lill-Kamra. Kien ikun aħjar li kieku fl-ewwel lok

12
00:08:23.120 --> 00:08:27.310
kien ikun hemm konsultazzjoni dwar din il-ħatra però in ogni caso, anke

13
00:08:27.840 --> 00:08:35.320
per consistenza, din in-naħa tal-Kamra se tkun qed tivvota le minħabba nuqqas

14
00:08:35.320 --> 00:08:43.000
ta’ imparzjalità li, fl-opinjoni tagħna, saret fil-leġiżlatura li għaddiet fil-konfront tagħna min-naħa

15
00:08:42.950 --> 00:08:49.860
ta’ Dr Anġlu Farrugia. Madanakollu jien nifhem li xorta waħda se jkun

16
00:08:49.860 --> 00:08:56.560
qed jiġi elett u allura nawguralu wkoll li f’din il-leġiżlatura jkun qiegħed

17
00:08:56.560 --> 00:09:02.140
iwettaq dmiru skont il-Kostituzzjoni u jkun imparzjali kif titlob il-Kostituzzjoni. Nirringrazzjak. Aktar

18
00:09:03.800 --> 00:09:13.030
rimarki? Il-Prim Ministru. Huwa inkredibbli u surreali li fl-ewwel intervent tiegħu f’din

19
00:09:12.980 --> 00:09:25.900
il-leġiżlatura l-Kap tal-Oppożizzjoni jakkuża istituzzjoni b’nuqqas ta’ imparzjalità. Fl-ewwel intervent! Però nislet

20
00:09:26.100 --> 00:09:31.420
it-tieni osservazzjoni. Mhux talli jidher b’mod ċar li ma nbidel xejn fuq

21
00:09:32.140 --> 00:09:39.740
in-naħa tal-Oppożizzjoni talli għall-ħabib tiegħi l-Kap tal-Oppożizzjoni l-id tal-ħbiberija tfisser li tgħaddi

22
00:09:39.740 --> 00:09:45.480
tiegħu fuq kollox u li l-mandat b’saħħtu li ta l-poplu lil din

23
00:09:45.660 --> 00:09:52.280
in-naħa biex tmexxi jiġi mwarrab għalkollox. L-attitudni li wriet l-Oppożizzjoni llum turi

24
00:09:52.280 --> 00:10:00.870
kif id-deċiżjoni tal-poplu tas-26 ta’ Marzu, 2022 għaliha ma tfisser xejn. L-istess

25
00:10:01.020 --> 00:10:08.280
ifisser il-kompromess għall-Kap tal-Oppożizzjoni. Għalih il-kompromess ifisser li jew tgħaddi tiegħu jew

26
00:10:08.280 --> 00:10:15.430
iħassar. Nittama li din ma tkunx l-attitudni li se tieħu l-Oppożizzjoni. Imma

27
00:10:15.380 --> 00:10:21.210
jkolli ngħid li l-bidu ma jawgurax tajjeb. Għandna ħatra Kostituzzjonali importanti li

28
00:10:21.360 --> 00:10:26.140
ilna sena u nofs biex naqblu dwarha proprju minħabba din it-tip ta’

29
00:10:26.180 --> 00:10:31.530
attitudni li jew tgħaddi tiegħi jew ma nikkoperawx. Jien nerġa’ nestendi l-id

30
00:10:31.480 --> 00:10:35.600
tal-ħbiberija lin-naħa l-oħra. Qed nirreferi għall-kariga ta’ Ombudsman li ilha skaduta sa

31
00:10:35.600 --> 00:10:44.720
minn Marzu 2021. Sal-lum għadna b’dik il-kariga li teknikament mhijiex vakanti imma

32
00:10:45.600 --> 00:10:54.610
qiegħda fis-seħħ bis-saħħa tal-liġi. Għandna wkoll it-tieni kariga, dik ta’ Kummissarju għall-Istandards

33
00:10:54.560 --> 00:11:00.000
fil-Ħajja Pubblika li għalkemm id-dispożizzjoni mhijiex entrenched u ma toħroġx mill-Kostituzzjoni, xorta

34
00:11:00.000 --> 00:11:05.680
waħda nixtieq li naslu fi qbil. B’differenza għal dak li titkellem dwaru

35
00:11:06.020 --> 00:11:10.060
l-Oppożizzjoni aħna se nuru bil-fatti llum kif noħorġu l-id tal-ħbiberija u kif

36
00:11:10.720 --> 00:11:18.860
fuq kollox nimplimentawha. Aħna diġà urejna l-intenzjoni tagħna dwar il-kariga ta’ Deputy

37
00:11:18.860 --> 00:11:24.120
Speaker. Meta avviċinatna l-Oppożizzjoni aħna mill-ewwel għedna li naqblu li l-kariga ta’

38
00:11:24.140 --> 00:11:29.520
Deputy Speaker tkun okkupata minn Membru tal-Oppożizzjoni u morna pass iżjed minn

39
00:11:29.520 --> 00:11:41.500
hekk. Mhux biss qbilna dwar il-prinċipju mal-Oppożizzjoni imma qbilna wkoll dwar in-nominat

40
00:11:41.450 --> 00:11:46.450
min-naħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu meta ressaq l-isem tal-Onor. David Agius. Aħna mill-ewwel

41
00:11:46.700 --> 00:11:52.040
issenjalajna l-intenzjoni tagħna li niddeċiedu li nivvotaw favur kif se nkunu qegħdin

42
00:11:52.040 --> 00:12:01.250
nagħmlu llum. Sur President, lil hinn mill-kontroversja, kif għadu mhuwiex maħtur il-President,

43
00:12:02.580 --> 00:12:06.300
ejja naqblu fuq punt wieħed. In-naħa l-oħra qalet li kien hemm nuqqas

44
00:12:06.300 --> 00:12:10.740
ta’ imparzjalità mill-Ispeaker. Ma naqbel xejn ma’ dik l-asserzjoni għaliex kien hemm

45
00:12:10.740 --> 00:12:16.100
episodji fl-aħħar leġiżlatura fejn l-Ispeaker iddeċieda favur din in-naħa u oħrajn fejn

46
00:12:16.100 --> 00:12:20.120
iddeċieda kontra. Kien hemm episodji fejn id-Deputy Speaker, li kienet ukoll ġejja

47
00:12:20.970 --> 00:12:29.340
min-naħa tal-Oppożizzjoni, tat Rulings li fil-fehma tagħna kienu kontroversjali fil-konfront ta’ din

48
00:12:29.340 --> 00:12:30.320
in-naħa u aħna dejjem baxxejna rasna u irrispettajniehom. Hekk beħsiebna nagħmlu għax

49
00:12:30.320 --> 00:12:35.150
din in-naħa, meta tgħid li tirrispetta verament lill-istituzzjonijiet, ma tgħidx hekk bil-kelma

50
00:12:35.100 --> 00:12:45.140
biss imma tgħid hekk bil-fatti. Nemmen ukoll li Dr Anġlu Farrugia huwa

51
00:12:45.140 --> 00:12:52.520
meritevoli li jkompli f’din il-kariga għaliex fl-aħħar leġiżlatura wera li kellu dedikazzjoni

52
00:12:52.520 --> 00:12:54.640
sħiħa lejn din il-kariga bis-sensiela ta’ riformi li għamel. Għamel riformi importanti

53
00:12:54.640 --> 00:13:01.610
u fosthom insemmi dik tal-awtonomija amministrattiva. Għalhekk se nkunu qegħdin nivvotaw bil-qalb

54
00:13:02.120 --> 00:13:06.220
favur il-ħatra tiegħu bħala Speaker ta’ din il-Kamra bl-istess mod li se

55
00:13:06.220 --> 00:13:10.420
nkunu qegħdin nivvotaw bil-qalb favur il-ħatra tal-Onor. David Agius bħala Deputy Speaker

56
00:13:10.420 --> 00:15:04.260
ta’ din il-Kamra. Nirringrazzjak. Nirringrazzjakom. Aktar rimarki? Il-mistoqsija hija l-elezzjoni ta’ Dr

57
00:15:12.040 --> 00:17:38.800
Anġlu Farrugia bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Dawk favur? Dawk kontra? Carried. Jien,

58
00:19:22.900 --> 00:19:28.290
Anġlu Farrugia, solennement naħlef li nkun tassew fidili u leali lejn il-poplu

59
00:19:28.720 --> 00:19:38.750
u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. Hekk Alla jgħinni. Nirringrazzjak Onorevoli

60
00:19:38.700 --> 00:20:01.980
Prim Ministru għall-Mozzjoni u nirringrazzja lill-Membri li ħadu sehem f’dan l-eżerċizzju parlamentari

61
00:20:01.930 --> 00:20:20.320
biex jien niġi elett Speaker skont il-Kostituzzjoni. Inwiegħed li l-kariga tiegħi, li

62
00:20:20.320 --> 00:20:28.460
hija kariga Kostituzzjonali li titlob li jien immexxi skont l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra

63
00:20:29.720 --> 00:20:39.040
u d-deċiżjonijiet li dejjem kienu meħuda biex nimxu mal-proċedura tal-Parlament, naqdiha skont

64
00:20:39.310 --> 00:20:42.700
l-abbiltajiet tiegħi u skont il-kuxjenza tiegħi. Nitlob lil Alla jgħinni bħalma dejjem

65
00:20:42.700 --> 00:20:50.560
għamel. Nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi, illum neqsin, għall-valuri li tawni; valuri ta’ korrettezza,

66
00:20:50.930 --> 00:20:56.080
valuri ta’ ġustizzja u valuri oħrajn li dejjem għożżejt. Nirringrazzja lil marti

67
00:20:56.140 --> 00:21:00.760
li qed naraha faċċata, li flimkien dejjem għożżejna dawn il-valuri. Nirringrazzjakom u

68
00:21:00.760 --> 00:21:04.850
nitlob il-kollaborazzjoni tagħkom kollha. Fejn nista’ nkun ta’ għajnuna ovvjament se ssibuni

69
00:21:04.800 --> 00:21:08.830
hemmhekk speċjalment il-Membri Parlamentari li għadhom kif ġew eletti għall-ewwel darba. Jien

70
00:21:09.620 --> 00:21:12.840
parir wieħed nagħti. Mhux se nagħti pariri lil dawk li ilhom hawnhekk

71
00:21:12.790 --> 00:21:18.000
għax dawk jafu x’għandhom jagħmlu imma lill-Membri Parlamentari ġodda nagħtihom parir li

72
00:21:19.840 --> 00:21:24.920
jagħmlu x-xogħol tagħhom bla biża’ u minkejja li jagħmlu l-argument tagħhom qatt

73
00:21:27.620 --> 00:21:34.900
ma jattakkaw lill-persuna għaliex b’hekk ma jaslu mkien. Huwa importanti li żżommu

74
00:21:34.850 --> 00:21:39.240
dawn il-valuri. Jien inwiegħed li se nkompli x-xogħol u riformi oħrajn li

75
00:21:39.240 --> 00:21:44.820
hemm bżonn nagħmlu. Baqa’ riformi xi jsiru biex dan il-Parlament ikompli miexi

76
00:21:46.840 --> 00:21:50.960
’l quddiem kif fil-fatt ġara għax fost il-parlamenti nazzjonali kollha tal-Ewropa, Malta

77
00:21:50.960 --> 00:21:56.920
issa hija kategorizzata fost ta’ quddiem f’dik li hija trasparenza u effiċjenza.

78
00:21:56.920 --> 00:22:22.110
Nirringrazzjakom. Sur President, nipproponi lill-Onor. David Agius bħala Deputy Speaker tal-Kamra tad-Deputati.

79
00:22:22.060 --> 00:22:36.780
Min jissekonda? Nissekonda. Hawn rimarki? Il-mistoqsija hija li l-Onor. David Agius ikun

80
00:22:36.780 --> 00:22:42.740
maħtur Deputy Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. L-Onor. David

81
00:22:44.700 --> 00:23:02.470
Agius. Grazzi, Sur President. Grazzi, Onor. Prim Ministru u l-Membri kollha tal-Gvern.

82
00:23:02.620 --> 00:23:09.100
Grazzi, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni u l-Membri kollha tal-Oppożizzjoni. Grazzi wkoll lill-familja tiegħi;

83
00:23:10.220 --> 00:23:14.160
lill-mara tiegħi li qiegħda hawnhekk ukoll, lit-tfal tiegħi, lil ommi, lil missieri

84
00:23:14.160 --> 00:23:19.220
u lil oħti. Dan huwa mument sabiħ ħafna fil-karriera politika tiegħi u

85
00:23:19.450 --> 00:23:24.180
nwegħedkom li dak li tgħallimt f’dawn il-ħames leġiżlaturi se nipprova nużah mill-aħjar

86
00:23:24.130 --> 00:23:29.140
li nista’ biex verament din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż iżżomm l-isem għoli tagħha

87
00:23:29.140 --> 00:23:33.200
fejn kulħadd jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna ħalli nimxu ’l quddiem verament. Grazzi

88
00:23:36.060 --> 00:36:47.580
mill-qalb. Nirringrazzjak. Nistieden issa lill-Onor. Membri biex jieħdu l-ġurament ta’ lealtà. Nibda

89
00:36:47.530 --> 01:00:22.720
mill-Prim Ministru. L-Onorevoli: The Honourable: PERMESS TAL-KAMRA ll-Prim Ministru. Sur President, nitlob

90
01:00:22.670 --> 01:23:58.640
il-permess tal-Kamra biex inressaq mozzjoni ta’ co-option mingħajr avviż. Hawn permess? Sur

91
01:23:58.640 --> 01:24:06.520
President, nipproponi: Billi hu meħtieġ li jimtela l-post battal fid-Disa’ Distrett Elettorali

92
01:24:11.230 --> 01:24:20.370
bir-riżenja tal-Onorevoli Clifton Grima; u Billi dan il-post għandu jimtela skont id-dispożizzjonijiet

93
01:24:20.320 --> 01:24:27.310
tar-Regolament 22 tar-Regolamenti tal-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali fit-Taqsima III tat-Tlettax-il Skeda tal-Att

94
01:24:28.760 --> 01:24:36.610
dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354; Il-Kamra tirriżolvi li Dr Randolph De Battista

95
01:24:37.520 --> 01:24:49.670
jiġi magħżul biex jimla l-imsemmi post battal fid-Disa’ Distrett Elettorali tal-Kamra tad-Deputati.

96
01:24:49.620 --> 01:24:56.480
Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mill-Prim Ministru.

97
01:24:56.790 --> 01:25:23.340
Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. Ngħaddu issa għal Tqegħid ta’ Karti u

98
01:25:38.120 --> 01:25:55.900
nsejjaħ lill-Prim Ministru. Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: Proklama Nru I

99
01:25:56.220 --> 01:26:01.020
tal-2022 datata l-20 ta’ Frar 2022 li xoljiet it-Tlettax-il Parlament; Proklama Nru

100
01:26:00.970 --> 01:26:03.580
III tal-2022 datata 27 ta’ April 2022 li laqqgħet l-Erbatax-il Parlament; Ir-riżultat

101
01:26:03.530 --> 01:26:11.120
tal-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu, 2022; Ir-riżultat tal-Elezzjoni Każwali tas-7 ta’ April,

102
01:26:11.750 --> 01:26:18.110
2022; Ir-riżultat tal-Elezzjoni Każwali tat-12 ta’ April, 2022; Dikjarazzjoni tar-Riżultat tal-votazzjoni maħruġa

103
01:26:18.060 --> 01:26:24.880
mill-Kummissjoni Elettorali dwar il-mili ta’ postijiet addizzjonali ta’ Membri Parlamentari skont id-dispożizzjonijiet

104
01:26:24.830 --> 01:26:34.650
ta’ Artiklu 52(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta; u Dikjarazzjoni tar-Riżultat tal-votazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni

105
01:26:35.800 --> 01:26:41.240
Elettorali dwar il-mili ta’ postijiet addizzjonali ta’ Membri Parlamentari skont id-dispożizzjonijiet ta’

106
01:26:42.010 --> 01:27:03.160
Artiklu 52A(1) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Sur President, ngħarraf lill-Kamra li minn hawn

107
01:27:03.160 --> 01:27:07.960
u ftit ieħor il-President ta’ Malta se jiddikjara f’din il-Kamra r-raġunijiet li

108
01:27:07.960 --> 01:27:14.420
għalihom ġie mlaqqa’ dan il-Parlament. Is-seduta se tiġi sospiża għal ftit minuti

109
01:27:15.290 --> 01:27:20.220
sakemm jien immur fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta u nakkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu sa

110
01:27:20.170 --> 01:27:27.300
din il-Kamra. Meta mbagħad il-President itemm id-diskors tiegħu, il-Kamra se terġa’ tiġi

111
01:27:27.300 --> 01:27:41.840
sospiża għal ftit ieħor sakemm jien nerġa’ nakkumpanja lill-President lura lejn l-uffiċċju

112
01:27:53.820 --> 01:41:52.110
tiegħu. L-E.T. DR GEORGE VELLA (President ta’ Malta): Sur President, Onorevoli Membri

113
01:41:52.060 --> 01:47:07.060
tal-Kamra tad-Deputati, qabel naqra d-diskors u nelenka r-raġunijiet għaliex qiegħda titlaqqa’ din

114
01:47:07.170 --> 01:51:23.180
il-Kamra, inħoss li huwa xieraq li l-ewwel u qabel kollox nifraħ lil

115
01:51:23.130 --> 01:54:47.220
kull wieħed u waħda minnkom eletti mill-poplu: Il-Prim Ministru, Kap tal-Oppożizzjoni, sal-iktar

116
01:54:47.170 --> 01:56:18.720
membru ġdid li hawn f’din il-Kamra. Nawguralkom li mhux biss taħdmu minn

117
01:56:23.700 --> 01:57:18.120
hawn għall-ġid ta’ pajjiżna imma li tagħmlu dan billi tħaddmu l-arti u

118
01:57:18.650 --> 01:57:26.560
x-xjenza tal-politika b’mod li dejjem tgħollu r-rispett kemm bejnietkom kif ukoll mill-poplu

119
01:57:26.840 --> 01:57:34.180
li fdalkom f’idejkom din ir-responsabilità. Nifirħilkom u nawguralkom. Irrid nifraħ ukoll lill-Onorevoli

120
01:57:34.360 --> 01:57:45.020
Speaker għall-ħatra tiegħu. Onorevoli Speaker, Onorevoli Membri tal-Kamra tad-Deputati u mistednin distinti,

121
01:57:45.860 --> 01:57:53.300
il-bidu dejjem iġib miegħu arja friska, entużjażmu, enerġija ġdida u ħolm għal

122
01:57:53.300 --> 01:57:59.280
li ġej. Dan se jkun l-ispirtu tat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż f’din il-leġiżlatura

123
01:57:59.680 --> 01:58:06.220
ġdida. Jidher b’mod ċar li l-poplu Malti u Għawdxi għadu u jrid

124
01:58:06.200 --> 01:58:11.960
jibqa’ ottimist. Jemmen fil-futur sabiħ ta’ dan il-pajjiż u mhu se jħalli

125
01:58:11.960 --> 01:58:18.300
xejn li jaqtagħlu qalbu. Qed niftħu leġiżlatura parlamentari ġdida wara ħames snin

126
01:58:18.300 --> 01:58:24.660
li raw lil dan il-pajjiż jikseb aktar suċċessi f’bosta oqsma. Dawk ekonomiċi,

127
01:58:24.660 --> 01:58:29.940
soċjali u tad-drittijiet ċivili fost oħrajn. Iżda ma rridux ninsew lanqas li

128
01:58:30.210 --> 01:58:35.400
dan il-pajjiż kellu wkoll jgħaddi minn mumenti ta’ sfida. Il-pandemija kienet fuq

129
01:58:35.400 --> 01:59:07.060
quddiem nett ta’ dawn l-isfidi iżda mhux biss. Storikament pajjiżna dejjem kellu

130
01:59:07.010 --> 01:59:07.060
l-ħila li jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet u dan irid ikun il-mod li bih

131
01:59:07.010 --> 01:59:07.060
nibqgħu naħdmu għas-snin li ġejjin. Dan il-Parlament qed jerġa’ jibda jiltaqa’ f’mument

132
01:59:07.010 --> 01:59:07.060
fejn ninsabu mexjin lejn normalità sħiħa, fejn il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin qed

133
01:59:07.010 --> 01:59:08.340
tmur lura għal kif nafuha. Fl-aħħar jiem tneħħew kważi għalkollox ir-restrizzjonijiet li

134
01:59:08.340 --> 01:59:15.150
kellna marbuta mal-pandemija u dan ta nifs kbir lil ħafna. Min-negozji, sal-familji,

135
01:59:15.100 --> 01:59:20.530
iż-żgħażagħ u fuq kollox it-tfal li ma jistgħux u m’għandhomx jitilfu aktar

136
01:59:20.820 --> 01:59:26.140
minn dan iż-żmien tat-tfulija tagħhom. Dan ma jfissirx li ma nibqgħux nieħdu

137
01:59:26.140 --> 01:59:30.720
ħsieb is-saħħa tagħna u ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fostna. Iżda, filwaqt li

138
01:59:31.040 --> 01:59:35.400
l-awtoritajiet se jibqgħu jipprovdu dak kollu li huwa meħtieġ, irridu nkunu responsabbli

139
01:59:35.780 --> 01:59:42.300
tagħna nfusna u naraw liema deċiżjonijiet għandna nieħdu bħala individwi. Fl-istess ħin

140
01:59:42.300 --> 01:59:46.840
li dħalna għal din il-fażi ġdida, mhuma jonqsu xejn il-pressjonijiet li qed

141
01:59:46.790 --> 01:59:55.980
iġġib magħha l-gwerra fl-Ukrajna. Qabelxejn irridu nirriaffermaw li dan huwa attakk li

142
01:59:55.980 --> 02:00:01.920
bħala bnedmin ma nistgħux ma nikkundannawx. Din l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna, f’din

143
02:00:01.870 --> 02:00:07.540
l-ewwel laqgħa tagħha wara l-elezzjoni ġenerali, trid tibgħat sinjal qawwi li dak

144
02:00:07.540 --> 02:00:13.500
li qed isir mhuwiex aċċettabbli imma huwa kundanabbli u għandu jitwaqqaf mill-aktar

145
02:00:13.640 --> 02:00:22.320
fis. Għax l-uniku triq aċċettabbli hija dik tad-djalogu. Pajjiżna huwa wieħed newtrali.

146
02:00:22.320 --> 02:00:27.460
Iżda n-newtralità ma tfissirx li għandek tagħlaq għajnejk quddiem l-inġustizzji u għemil

147
02:00:27.460 --> 02:00:33.640
li hu wieħed ta’ min jistmerru. Huwa għalhekk li Malta implimentat numru

148
02:00:33.640 --> 02:00:38.980
ta’ sanzjonijiet maqbula fil-fora tal-Unjoni Ewropea u se tkompli tieħu sehem attiv

149
02:00:39.500 --> 02:00:45.980
fil-fora fejn jittieħdu dawn id-deċiżjonijiet. Tajna u se nibqgħu nagħtu għajnuna umanitarja

150
02:00:46.380 --> 02:00:54.180
biex ngħinu lill-komunità Ukrena, ċittadini li spiċċaw jaraw l-agħar quddiem għajnejhom u

151
02:00:54.530 --> 02:00:59.820
jbatu l-agħar konsegwenzi tal-gwerra. Gwerra ma ġġib xejn li huwa tajjeb jew

152
02:01:00.370 --> 02:01:05.690
ta’ ġid għan-nies. Smajna u għadna nisimgħu rakkonti ta’ ħruxija liema bħalha

153
02:01:06.140 --> 02:01:11.660
minn Ukreni li lqajna fostna hekk kif faqqgħet din il-gwerra. Episodji li

154
02:01:11.660 --> 02:01:17.780
jwasslu għall-qirda, mewt, kefrija u t-telf ta’ darhom u dak kollu li

155
02:01:17.920 --> 02:01:23.000
jkunu bnew f’ħajjithom. Aħna li tant qegħdin ’il bogħod, ukoll inħossu l-effetti

156
02:01:23.080 --> 02:01:29.840
ta’ din il-gwerra. Immaġinaw xi jħossu dawk li qegħdin f’nofsha. Il-pressjonijiet lokali

157
02:01:29.840 --> 02:01:36.220
huma primarjament marbuta ma’ effetti ekonomiċi. Iżda tajjeb naraw minn fejn qed

158
02:01:37.400 --> 02:01:43.740
nitilqu. Għandna ekonomija li qed tirkupra b’mod b’saħħtu mill-effetti tal-pandemija. Is-sena li

159
02:01:43.740 --> 02:01:50.720
għaddiet pajjiżna ħoloq ġid aktar minn kemm konna noħolqu qabel il-pandemija. Dan

160
02:01:50.720 --> 02:01:55.500
meta fil-bqija tal-Unjoni Ewropea l-ġid nazzjonali għadu taħt dak li kien fl-2019.

161
02:01:56.360 --> 02:02:03.660
Pajjiżi Mediterranji oħra, ġirien tagħna, fadlilhom tal-anqas sena oħra biex jilħqu l-istat

162
02:02:03.920 --> 02:02:10.140
li diġà wasalna fih aħna s-sena li għaddiet. Għalhekk il-pandemija kkonfermat li

163
02:02:10.290 --> 02:02:15.960
għandna ekonomija mill-aktar reżiljenti u li għandha l-potenzjal li tkompli ġġib riżultati

164
02:02:15.960 --> 02:02:24.090
pożittivi li jinħassu miċ-ċittadini f’kull kategorija tad-dħul. Iżda s-suċċess ma jiġix mix-xejn.

165
02:02:24.820 --> 02:02:30.240
Dak li għaddej madwar id-dinja jagħmilha iktar importanti li fl-ebda ħin ma

166
02:02:30.240 --> 02:02:36.700
nitilqu għajnejna minn fuq l-immaniġġar effettiv tal-ekonomija tagħna. Il-gwerra qed iġġib sfida

167
02:02:36.700 --> 02:02:44.440
fuq il-prezzijiet ta’ affarijiet essenzjali bħall-enerġija, l-ikel u l-ġarr tal-merkanzija. Il-Gvern mhux

168
02:02:44.440 --> 02:02:50.240
biss konxju ta’ dawn l-isfidi iżda jinsab għaddej kontinwament b’diskussjonijiet u b’azzjonijiet

169
02:02:50.520 --> 02:02:57.140
kontinwi bil-għan li jilqa’ għall-impatt fuq il-poplu Malti u Għawdxi. Kif għamel

170
02:02:57.140 --> 02:03:01.700
tul il-pandemija, il-Gvern se jassigura li jkun ta’ spalla għan-nies u għan-negozji.

171
02:03:01.900 --> 02:03:09.220
Huwa fl-iktar mumenti diffiċli li l-iktar irridu nkunu man-nies. Żgur li m’għandniex

172
02:03:09.360 --> 02:03:15.820
naqtgħu qalbna. M’hemmx dubju li fis-snin li għaddew pajjiżna ra bidliet mhux

173
02:03:15.770 --> 02:03:20.680
żgħar, b’rata ta’ tkabbir ekonomiku li wasslet sabiex pajjiżna seta’ jinvesti fi

174
02:03:20.680 --> 02:03:28.480
proġetti ta’ fejda u titjib fil-livell ta’ għajxien tan-nies. Tkabbir ekonomiku li

175
02:03:28.480 --> 02:03:33.550
wassal għal tnaqqis wara ieħor fin-numru ta’ nies mingħajr impjieg – għall-inqas

176
02:03:34.140 --> 02:03:39.480
rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna. Is-suċċess ta’ din il-formola ekonomika tibqa’

177
02:03:39.750 --> 02:03:45.080
tiddependi dejjem minn kemm it-tmexxija tal-pajjiż se tassigura li dan il-ġid jinħass

178
02:03:45.080 --> 02:03:51.400
u jasal għand dawk l-aktar li għandhom bżonn fis-soċjetà. Huwa għalhekk li

179
02:03:51.400 --> 02:03:56.760
prijorità ewlenija se tibqa’ li t-taxxa fuq id-dħul se tkompli tonqos, fejn

180
02:03:56.760 --> 02:04:02.500
se ntejbu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni filwaqt li nnaqqsu l-ammont ta’ dħul li

181
02:04:02.500 --> 02:04:09.600
titħallas taxxa fuqu. Dawn iridu jkunu bidliet li jagħmlu l-aktar differenza għal

182
02:04:09.600 --> 02:04:16.490
dawk li jaqilgħu l-inqas. Irridu nagħrfu l-irwol tal-intrapriża bħala mutur tal-ħolqien tal-ġid.

183
02:04:16.440 --> 02:04:22.720
L-isfida li għandna quddiemna hija s-sostenibbiltà, fejn in-negozji jkollhom sehem attiv fi

184
02:04:22.720 --> 02:04:27.930
proġetti li jtejbu l-livell ta’ għajxien ġenerali tal-Maltin u l-Għawdxin. It-tnaqqis tat-taxxa

185
02:04:27.880 --> 02:04:35.460
lin-negozju għandu jwassal għal qalba lejn operat aktar sostenibbli, għall-ħolqien ta’ xogħol

186
02:04:35.460 --> 02:04:42.660
aktar produttiv u għal investiment akbar fir-riċerka u l-innovazzjoni. Hekk ukoll l-iskemi

187
02:04:42.860 --> 02:04:50.680
ppjanati għan-negozji sabiex jagħmlu l-aqwa użu mill-profitti li jiġġeneraw. Fl-inizjattivi diversi li

188
02:04:50.680 --> 02:04:55.960
se jittieħdu biex niġġeneraw aktar attività ekonomika, se naraw li l-inċentivi li

189
02:04:55.960 --> 02:05:04.070
jingħataw lin-negozji Għawdxin ikunu 10% ogħla. Dan filwaqt li rridu niffaċilitaw l-aċċess

190
02:05:04.020 --> 02:05:10.520
għal servizzi bankarji kif ukoll għall-finanzjament. Fl-istess ħin se nibqgħu nsaħħu l-istandards

191
02:05:10.840 --> 02:05:18.420
bħala pajjiż biex wara r-rapport pożittiv tal-Moneyval, nibqgħu naħdmu biex nimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet

192
02:05:18.370 --> 02:05:24.100
maqbula mal-Financial Action Task Force, li diġà ħadet nota tal-iżvilupp pożittiv li

193
02:05:24.100 --> 02:05:31.320
għamel pajjiżna. Irridu nkomplu nsaħħu l-kredibbiltà ta’ pajjiżna anke biex intejbu l-irwol

194
02:05:31.460 --> 02:05:39.040
importanti li għandna fil-fora internazzjonali, fejn irridu nipparteċipaw b’mod proattiv anke billi

195
02:05:39.040 --> 02:05:46.940
nisfruttaw il-potenzjal strateġiku li għandna bħala gżira f’nofs il-Mediterran. Hawn irridu nibqgħu

196
02:05:46.940 --> 02:05:52.660
nservu bħala sors ta’ djalogu u promotur ta’ paċi, b’mod partikolari fir-reġjun

197
02:05:53.200 --> 02:05:58.240
fejn nibqgħu naqdu l-irwol ta’ interlokutur bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.

198
02:05:58.640 --> 02:06:05.140
Irridu nisfruttaw ukoll id-diplomazija ekonomika u d-diplomazija kulturali li wkoll iridu jkunu

199
02:06:05.200 --> 02:06:12.900
sors ta’ ġid għall-poplu tagħna. Fuq kollox, bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea,

200
02:06:12.900 --> 02:06:20.460
se nibqgħu nkunu proattivi fit-tfassil tal-politika u leġiżlazzjoni Ewropea fid-diversi oqsma ta’

201
02:06:20.620 --> 02:06:29.280
kompetenza tal-istess Unjoni. Dan biex ninfluwenzaw b’mod pożittiv dan il-proċess bil-għan li

202
02:06:30.640 --> 02:06:37.120
d-deċiżjonijiet meħuda jikkonsidraw ir-realtajiet ta’ pajjiżi bħal tagħna. It-titjib kbir li sar

203
02:06:37.890 --> 02:06:43.220
fl-oqsma tal-governanza fl-aħħar sentejn, anke grazzi għar-riformi li kienu approvati biż-żewġ terzi

204
02:06:43.220 --> 02:06:49.780
ta’ din il-Kamra, issa jrid isir parti mill-kultura tagħna. Fejn, filwaqt li

205
02:06:49.780 --> 02:06:55.320
nifhmu li ebda pajjiż, settur jew individwu mhu perfett, naħdmu kemm nifilħu

206
02:06:55.320 --> 02:07:02.290
biex Malta tkun fuq quddiem nett tad-demokraziji moderni, b’sistemi b’saħħithom ta’ saltna

207
02:07:02.240 --> 02:07:08.380
tad-dritt. Saltna tad-dritt li issa trid tara r-riformi meħtieġa biex ikollna proċessi

208
02:07:08.380 --> 02:07:14.320
ta’ ġustizzja iktar moderni u fl-iqsar żmien possibbli. Għax l-amministrazzjoni ta’ ġustizzja

209
02:07:14.320 --> 02:07:22.250
effettiva għandha tkun prinċipju mill-iktar bażiku fid-dinja tal-lum. Żidna u se nibqgħu

210
02:07:22.200 --> 02:07:27.020
nżidu r-riformi, iżda bħal f’setturi oħrajn irridu li s-sistema tal-ġustizzja u min

211
02:07:27.020 --> 02:07:33.520
iħaddimha jkunu orjentati wkoll b’mod li jifhmu aktar ir-realtajiet ta’ dawk li

212
02:07:33.520 --> 02:07:40.520
jkollhom quddiemhom. Il-ġustizzja hija għamja imma trid tkun sensibbli u sensittiva għar-realtajiet

213
02:07:40.840 --> 02:07:48.240
soċjali li qed jiżviluppaw. Il-governanza hija wkoll element kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta’

214
02:07:49.440 --> 02:07:54.340
pajjiżna u biex inkunu iktar attraenti għall-investiment li għadu u se jibqa’

215
02:07:54.340 --> 02:08:00.980
ġej f’oqsma tradizzjonali u oħrajn ġodda. Element importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna

216
02:08:00.980 --> 02:08:08.520
se jkun l-użu tal-fondi Ewropej. Il-pakkett sostanzjali li rnexxielna ninnegozjaw irridu nużawh

217
02:08:08.770 --> 02:08:15.680
bl-aħjar mod possibbli ħalli nwettqu bidliet essenzjali. Dan jinkludi kemm il-qalba diġitali

218
02:08:15.680 --> 02:08:24.540
kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Għawdex, fejn se niggarantixxu li nallokaw

219
02:08:25.910 --> 02:08:31.300
minn tal-anqas 10% tal-fondi Ewropej kollha, se jkun il-post fejn intellqu fost

220
02:08:31.510 --> 02:08:37.540
l-aktar proġetti ambjentali ambizzjużi tant li nimmiraw li din il-gżira tkun l-ewwel

221
02:08:37.620 --> 02:08:43.560
parti tal-pajjiż li ssir climate neutral. Fl-istess ħin kommessi li t-tkabbir ekonomiku

222
02:08:44.000 --> 02:08:49.330
f’Għawdex jibqa’ jkun aqwa minn dak ta’ Malta. Filwaqt li dawn it-trasformazzjonijiet

223
02:08:49.780 --> 02:08:55.890
ambjentali u diġitali huma sfidi sostanzjali, għandhom il-potenzjal li jkunu l-aqwa opportunitajiet

224
02:08:56.300 --> 02:09:05.000
ekonomiċi li qatt kellna f’din il-ġenerazzjoni. Il-pandemija diġà wrietna l-importanza tal-ekonomija diġitali,

225
02:09:05.000 --> 02:09:09.820
li kompliet għaddejja qisu mhu xejn waqt li setturi oħrajn staġnaw u

226
02:09:09.820 --> 02:09:15.900
ma setgħux joperaw. Huwa kruċjali li ninvestu bil-kbir biex pajjiżna jsir leader

227
02:09:15.900 --> 02:09:23.920
f’dawn is-setturi ġodda. Dan se jirrikjedi qabża ’l quddiem fil-ħiliet u innovazzjoni

228
02:09:24.110 --> 02:09:34.100
fis-sistema edukattiva tagħna. Id-diġitalizzazzjoni trid tkun b’saħħitha bil-kbir fis-settur pubbliku li jrid

229
02:09:34.100 --> 02:09:39.900
jara li din tkun għodda biex nagħtu servizz aħjar liċ-ċittadin u biex

230
02:09:39.900 --> 02:09:44.820
tonqos il-burokrazija li għadha xxekkel wisq il-ħidma li jrid jagħmel l-investitur f’dinja

231
02:09:44.820 --> 02:09:53.560
kompetittiva fejn il-ħin u l-effiċjenza huma mill-iktar prezzjużi. Dan l-impenn tal-Gvern se

232
02:09:53.560 --> 02:09:59.920
joħroġ ċar mill-aspett strateġiku, bl-istrateġija diġitali nazzjonali li se tiġi mnedija fiż-żmien

233
02:10:00.140 --> 02:10:06.320
li ġej. L-impenn tal-Gvern joħroġ ċar ukoll permezz tal-investimenti li saru u

234
02:10:06.320 --> 02:10:12.530
qed isiru, kemm b’fondi nazzjonali kif ukoll b’fondi Ewropej. Fil-fatt, mill-fondi tal-Unjoni

235
02:10:13.520 --> 02:10:19.220
Ewropea tar-Recovery and Resilience Facility, parti kbira minnhom kienu proprju ddedikati lill-aspett

236
02:10:20.020 --> 02:10:29.020
diġitali. Sintendi, dan kollu jġib fuqna aktar responsabbiltajiet. Responsabbiltajiet li ninvestu iktar

237
02:10:29.290 --> 02:10:36.320
fir-riżorsi umani, li nsaħħu l-istrutturi diġitali u li nipproteġu s-sigurtà tal-informazzjoni diġitali

238
02:10:36.320 --> 02:10:43.510
tagħna. Dan ma jfissirx li f’ħidmietna se ninjoraw oqsma tradizzjonali. Fit-turiżmu rridu

239
02:10:44.560 --> 02:10:51.400
nimplimentaw l-istrateġija li teħodna sas-sena 2030 u li tarana nkomplu nagħmlu suċċess

240
02:10:51.400 --> 02:10:58.220
minn dan il-pilastru ekonomiku li kien fost l-iktar li batew fl-aħħar sentejn.

241
02:10:58.220 --> 02:11:04.860
Irridu niskopru mill-ġdid is-suċċess li kellna fl-aħħar snin iżda naħsbu dwar metodi

242
02:11:04.860 --> 02:11:13.960
ġodda ħalli nirriġeneraw is-settur mill-ġdid. Kif tgħid l-istrateġija nnifisha: Recover. Rethink. Revitalise.

243
02:11:15.370 --> 02:11:20.180
Il-ħidma tal-pajjiż f’dan is-settur se tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-kwalità, is-sostenibbiltà, l-esperjenza

244
02:11:22.480 --> 02:11:33.340
turistika, l-effiċjenza fil-konnettività, l-immaniġġjar fl-iżvilupp tal-akkomodazzjoni, l-isfidi marbutin mar-riżorsa umana, il-branding, id-diġitalizzazzjoni

245
02:11:34.880 --> 02:11:42.480
u, b’mod sinifikanti, l-inklużjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta. Dan sostnut ukoll

246
02:11:43.460 --> 02:11:51.060
b’titjib fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Fl-iqsar żmien irridu nattiraw il-volumi meħtieġa biex

247
02:11:51.260 --> 02:12:00.940
l-attività turistika terġa’ tinġieb għal-livelli aċċettabbli f’termini ta’ operat u profittabbiltà. Madanakollu,

248
02:12:00.940 --> 02:12:05.800
waqt l-irkupru se naraw li jinbeda proċess ta’ ħsieb bil-għan li l-kwalità

249
02:12:05.750 --> 02:12:12.160
tal-prodott turistiku tagħna tissaħħaħ u s-settur jimraħ lejn orizzonti ġodda għall-għaxar snin

250
02:12:12.160 --> 02:12:19.640
li ġejjin u wara. It-tema tal-kwalità tal-ħajja saret tema dominanti fid-diskorsi li

251
02:12:19.640 --> 02:12:25.020
jsiru fl-isfera politika u anke lil hinn minnha. Filwaqt li dejjem huwa

252
02:12:25.020 --> 02:12:32.420
importanti li jitħares l-għajxien materjali taċ-ċittadini, speċjalment dawk fil-faxex tad-dħul baxx, huwa

253
02:12:32.420 --> 02:12:38.160
għaqli li d-diskussjoni pubblika qed tiffoka fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u

254
02:12:38.160 --> 02:12:43.560
Għawdxin u dawk kollha li jgħixu fil-gżejjer tagħna. Din se tkun riflessa

255
02:12:43.560 --> 02:12:51.890
wkoll fil-ħidma tal-Gvern. Il-kwalità tal-ħajja hija s-saħħa tagħna, kemm fiżika u anke

256
02:12:51.900 --> 02:12:58.500
dik mentali, l-ambjent li ngħixu fih, il-kondizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol tagħna, il-ħin

257
02:12:58.780 --> 02:13:05.350
ta’ kwalità li jibqgħalna mal-familja, id-djar tagħna, il-komunitajiet fejn ngħixu, is-sigurtà u,

258
02:13:05.560 --> 02:13:12.640
fuq kollox, kemm qed ngħixu ħajja trankwilla u fil-paċi. Fl-istorja ta’ dawn

259
02:13:12.990 --> 02:13:17.800
il-gżejjer, in-nies li għexu f’din il-gżira dejjem għarfu li jgħixu flimkien u

260
02:13:17.800 --> 02:13:23.600
jtejbu l-futur tagħhom. Għax għarfu li dan il-pajjiż huwa żgħir wisq biex

261
02:13:24.430 --> 02:13:29.840
nagħtu l-ġenb il-kompromess u l-bilanċ biex ngħixu flimkien u nkunu komunità li

262
02:13:29.840 --> 02:13:35.700
tħares l-interessi ta’ kull wieħed u waħda minnha. Wasal iż-żmien għalhekk, li

263
02:13:35.700 --> 02:13:41.190
minbarra li nitkellmu fuq statistika u numri, ikollna wkoll indikaturi dwar il-kwalità

264
02:13:41.140 --> 02:13:46.860
tal-ħajja tan-nies u li dan il-kejl ikun konsiderazzjoni ewlenija oħra f’kull proġett

265
02:13:46.860 --> 02:13:54.280
jew inizjattiva tal-amministrazzjoni pubblika u l-Gvern. Irridu nibdew minna nfusna, kull wieħed

266
02:13:54.280 --> 02:14:00.120
u waħda minna, u l-irwol li naqdu aħna lkoll fis-soċjetà tagħna –

267
02:14:00.070 --> 02:14:06.120
il-ħaddiema, dawk li ma jaħdmux biex jindokraw lill-familja, dawk li ma jistgħux

268
02:14:06.730 --> 02:14:11.940
jaħdmu għax iduru b’qarib tagħhom, dawk li jaħdmu għal rashom, dawk li

269
02:14:11.940 --> 02:14:16.720
huma fin-negozju, dawk li huma membri f’dan il-Parlament u l-Eżekuttiv u magħhom

270
02:14:16.720 --> 02:14:22.420
kull min għandu kwalunkwe sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet li għandu dan il-pajjiż. L-obbligu

271
02:14:23.360 --> 02:14:30.700
tagħna kollha huwa li nissalvagwardaw b’kull mezz possibbli l-interessi tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna,

272
02:14:30.700 --> 02:14:34.940
mhux biss ta’ dawk li għadhom iridu jitwieldu iżda ta’ dawk iċ-ċkejknin

273
02:14:35.160 --> 02:14:40.620
fostna li għadhom jibdew id-dinja u jixirqilhom l-aqwa kura u attenzjoni li

274
02:14:40.620 --> 02:14:48.710
trid toffri s-soċjetà tagħna. L-ambjent huwa oġġettiv prinċipali fil-ħidma ta’ din l-Amministrazzjoni.

275
02:14:49.360 --> 02:14:57.120
Wasal iż-żmien li l-enfasi li amministrazzjonijiet preċedenti taw lill-infrastruttura tal-pajjiż issa tingħata

276
02:14:57.300 --> 02:15:02.510
bl-istess prijorità lill-proġetti ambjentali li jeħtieġ dan il-pajjiż. Mhuwiex biżżejjed li nħarsu

277
02:15:02.460 --> 02:15:09.420
l-ambjent naturali li għandu pajjiżna. Dan huwa obbligu li għandhom dawk kollha

278
02:15:09.690 --> 02:15:17.040
f’entitajiet pubbliċi li bid-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jaffettwaw l-istat tal-ambjent naturali Malti. Hemm

279
02:15:17.040 --> 02:15:23.480
bżonn inkunu innovattivi meta niġu biex ikollna spazji pubbliċi u miftuħa ġodda

280
02:15:23.760 --> 02:15:30.710
f’żoni urbani u nippjanaw aktar bi ħsieb sabiex nissalvagwardaw il-karatteristiċi uniċi tal-irħula

281
02:15:31.180 --> 02:15:39.360
u l-ibliet tagħna, parti importanti mill-identità tagħna u l-wiċċ tan-nazzjon tagħna. Din

282
02:15:39.440 --> 02:15:44.840
trid tkun l-aktar amministrazzjoni li tinvesti għal dan il-għan. Għalhekk se jkunu

283
02:15:45.240 --> 02:15:52.350
allokati €700 miljun għal dawn il-proġetti. Huwa aktar faċli titkellem fuq is-sostenibbiltà

284
02:15:52.720 --> 02:16:00.000
milli twettaqha bil-fatti. Dan il-prinċipju jrid iwassalna sabiex nagħrfu nwettqu l-miri li

285
02:16:00.000 --> 02:16:08.340
għandha din l-amministrazzjoni biex nilħqu l-mira ta’ newtralità klimatika sal-2050. Hawn irridu

286
02:16:08.400 --> 02:16:18.460
nħarsu lejn it-trasport. Nibqgħu bl-ikbar inċentivi għall-flotot elettriċi u nimplimentaw proġetti li

287
02:16:18.460 --> 02:16:27.780
jsostnu t-trasport alternattiv. Fil-kwalità tal-arja, investejna bil-kbir biex neħħejna l-effetti ħżiena tal-produzzjoni

288
02:16:27.730 --> 02:16:36.840
tal-enerġija. Issa rridu nibqgħu nsostnu l-enfasi biex innaqqsu l-effetti negattivi tat-trasport. Din

289
02:16:36.840 --> 02:16:43.170
mhijiex sempliċement mira jew statistika iżda mezz kif nissalvagwardaw is-saħħa tagħna, il-kwalità

290
02:16:43.120 --> 02:16:49.630
tal-arja tagħna u l-ambjent ta’ madwarna. Inkunu wkoll qed ningħaqdu mal-bqija tal-Mediterran

291
02:16:50.180 --> 02:16:58.420
u l-komunità internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Fis-snin li ġejjin irridu nibdlu

292
02:16:59.440 --> 02:17:05.520
fundamentalment il-mod kif noperaw bħala soċjetà. Dak li s’issa nsejħulu skart irridu

293
02:17:06.000 --> 02:17:13.930
nibdew narawh bħala riżorsa. Bħala sors alternattiv ta’ enerġija, fost oħrajn. Irridu

294
02:17:13.880 --> 02:17:21.820
nneħħu darba għal dejjem l-idea li l-investiment ambjentali m’għandux ritorn ekonomiku. Ir-realtà

295
02:17:22.460 --> 02:17:27.600
hija li jekk l-ambjent tagħna mhux se nieħdu ħsiebu, l-ekonomija tagħna ma

296
02:17:27.600 --> 02:17:34.880
tistax tkompli trendi. Il-Gvern se jkun hemm biex isostni dawn il-bidliet. Imma

297
02:17:34.880 --> 02:17:40.260
se jkollna bżonn bidla fil-kultura tagħna wkoll. Irridu nifhmu li jekk verament

298
02:17:40.260 --> 02:17:45.380
għandna għal qalbna lil uliedna, issa wasal iż-żmien li nieħdu azzjoni deċiżiva

299
02:17:45.720 --> 02:17:51.760
favur l-ambjent. Mhux biss nistennew lil ħaddieħor jieħu d-deċiżjonijiet għalina iżda din

300
02:17:52.110 --> 02:17:58.020
il-prijorità ġdida nirriflettuha fid-deċiżjonijiet li nieħdu ta’ kuljum bħala ċittadini, minn dawk

301
02:17:58.020 --> 02:18:02.810
żgħar sa dawk kbar. Il-Gvern se jibqa’ jkun hemm biex jinċentiva l-għażliet

302
02:18:03.240 --> 02:18:10.020
favur l-ambjent. Għal snin twal ħarisna lejn l-art agrikola bħala parti oħra

303
02:18:10.450 --> 02:18:15.820
tal-proġett ambjentali tagħna. Hekk hu. Iżda qatt daqs illum ma fhimna l-ħtieġa

304
02:18:16.060 --> 02:18:21.420
li mhux biss insalvaw l-art innifisha iżda wkoll ix-xogħol li jsir fuqha

305
02:18:21.420 --> 02:18:29.220
minn idejn il-bidwi Malti, li hu sors ta’ sigurtà tal-provvista tal-ikel. Għalhekk

306
02:18:29.220 --> 02:18:35.900
irridu bħala regola nippromwovu aktar il-konsum tal-prodott lokali filwaqt li nipprovdu l-infrastruttura

307
02:18:36.200 --> 02:18:44.560
moderna u l-opportunitajiet lil min jipproduċih; kemm lill-bidwi iżda wkoll lis-sajjied hekk

308
02:18:44.560 --> 02:18:50.380
kif l-ibħra tagħna huma wkoll sors ta’ ikel. L-ibħra ta’ madwarna huma

309
02:18:50.380 --> 02:18:56.870
wkoll sors ta’ ġid qawwi. L-investiment fis-settur marittimu jrid jarana nisfruttaw il-potenzjal

310
02:18:57.560 --> 02:19:03.830
li għandna f’dan is-settur filwaqt li nimminimizzaw l-impatti bħalma se nagħmlu bil-proġetti

311
02:19:03.780 --> 02:19:08.660
tax-shore to ship li matul din il-leġiżlatura se nibdew ingawdu l-ewwel riżultati

312
02:19:08.660 --> 02:19:17.300
tagħhom. Din l-Amministrazzjoni ġdida għandha miri ambizzjużi għat-tfal tagħna – ħidma li

313
02:19:17.300 --> 02:19:24.060
għandha tagħti garanzija li kull tifel u tifla jkollhom aċċess għall-edukazzjoni kif

314
02:19:24.060 --> 02:19:30.400
żviluppat fiż-żmenijiet li qed ngħixu fihom illum fejn it-teknoloġija saret l-għodda prinċipali

315
02:19:30.400 --> 02:19:37.860
sabiex uliedna jitgħallmu suġġetti bażiċi bħal-lingwi, il-matematika u x-xjenza. Garanzija biex nilħqu

316
02:19:38.020 --> 02:19:43.220
lit-tfal kollha kmieni kemm jista’ jkun. Dak li t-tfal ma jiksbux fl-ewwel

317
02:19:43.380 --> 02:19:49.000
snin tal-edukazzjoni – l-edukazzjoni primarja – se jkun aktar diffiċli għalihom biex

318
02:19:49.330 --> 02:19:56.800
jikkumpensaw għalih fis-snin ta’ wara u fl-iskola sekondarja. Għalhekk irridu nistinkaw biex

319
02:19:56.930 --> 02:20:01.300
naraw li kull tifel u tifla jirnexxu fl-ewwel snin tal-edukazzjoni – l-edukazzjoni

320
02:20:02.280 --> 02:20:07.540
primarja – u naraw li din verament tkun pedament sod biex it-tfal

321
02:20:07.640 --> 02:20:14.540
kollha jgħaddu minnha, bl-għodod li għandhom bżonn, sabiex fis-sekondarja jkunu jistgħu jibdew

322
02:20:14.540 --> 02:20:22.080
jagħmlu dawk l-għażliet importanti għall-kumplament tal-perkors edukattiv tagħhom. Garanzija biex it-tfal kollha,

323
02:20:23.450 --> 02:20:29.430
hu x’inhu d-dħul tal-familja tagħhom, ikollhom aċċess għall-attivitajiet ekstrakurrikulari – bħall-arti, l-isport

324
02:20:32.100 --> 02:20:38.520
u l-kultura – li tant jgħinu fl-iżvilupp tat-tfal, iżommuhom f’saħħithom, ibegħduhom mill-vizzji

325
02:20:38.760 --> 02:20:45.110
u jsaħħu fihom il-valuri li jsawru lil din is-soċjetà. Il-kotba u l-qari

326
02:20:45.260 --> 02:20:53.960
huma ingredjent essenzjali ieħor li jagħti lil pajjiżna ċittadini edukati, informati u

327
02:20:53.960 --> 02:21:00.880
ħielsa fil-ħsieb. Jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien u jiżdiedu kemm jiżdiedu l-mezzi teknoloġiċi,

328
02:21:01.380 --> 02:21:07.520
il-ktieb jibqa’ sors ta’ għerf validu, relevanti u utli għaċ-ċittadini tagħna biex

329
02:21:07.520 --> 02:21:13.060
ikollna soċjetà li tifhem, tapprezza u tagħraf li aħna ċittadini ta’ dinja

330
02:21:13.060 --> 02:21:19.720
ferm akbar mill-orizzonti ta’ pajjiżna. Biex nifhmu ċ-ċirkostanzi li sawruna, nagħrfu l-iżviluppi

331
02:21:20.460 --> 02:21:24.740
li jkunu qed iseħħu barra minn xtutna u naħdmu aħna wkoll, minkejja

332
02:21:24.870 --> 02:21:31.340
ċ-ċokon tagħna, fuq l-isfidi li qed jolqtu lil dan il-pajjiż. Għalhekk se

333
02:21:31.340 --> 02:21:36.760
ninvestu biex uliedna jkollhom aċċess usa’ għal dan sa minn ċkunithom. Il-kwalità

334
02:21:36.710 --> 02:21:43.200
tal-ħajja ta’ wliedna tiddependi mis-saħħa tal-familji tagħna. Hemm bżonn nagħmlu dak kollu

335
02:21:43.200 --> 02:21:49.220
li huwa fil-kontroll tagħna sabiex naċċertaw irwieħna li uliedna qed igawdu lill-ġenituri

336
02:21:49.780 --> 02:21:55.540
tagħhom kemm hemm bżonn u li l-ebda paraventu legali ma jintuża biex

337
02:21:55.540 --> 02:22:00.780
xi wlied jiġu mċaħħda minn xi ġenitur jew ieħor. Hekk ukoll naraw

338
02:22:01.170 --> 02:22:06.660
li l-ġenituri, ħafna minnhom jaħdmu, ikollhom kondizzjonijiet tax-xogħol li jippermettulhom jingħaqdu ma’

339
02:22:06.900 --> 02:22:15.550
wliedhom f’mumenti sinifikanti jew sitwazzjonijiet delikati f’ħajjithom. Nemmnu bis-sħiħ fis-sehem attiv taż-żewġ

340
02:22:15.760 --> 02:22:21.720
ġenituri fit-trobbija ta’ wliedhom. Irridu naraw li nżidu l-leave tal-paternità minn jumejn

341
02:22:21.720 --> 02:22:29.060
għal għaxart ijiem. B’hekk, fl-aktar mumenti ta’ ferħ, jew fraġli, il-missirijiet jew

342
02:22:29.150 --> 02:22:34.080
it-tieni ġenitur ekwivalenti, se jkollhom aktar ħin biex igawdu l-wild ġdid tagħhom

343
02:22:34.080 --> 02:22:41.460
u jkunu ta’ sostenn akbar għall-omm u dik it-tarbija f’dak il-perjodu fraġli.

344
02:22:43.460 --> 02:22:48.660
Dan il-leave jgħodd ukoll f’każ ta’ addozzjoni, u irrispettivament mill-istat ċivili ta’

345
02:22:48.720 --> 02:22:55.280
dik il-familja. Għal darb’oħra qed nagħtu l-kelma tagħna li se nkunu ta’

346
02:22:55.280 --> 02:23:04.270
spalla għall-familji fl-aktar mument tal-bżonn. Se nintroduċu wkoll il-carers leave biex f’każ

347
02:23:04.380 --> 02:23:08.820
ta’ mard, dak li jkun, ikun jista’ jieħu ħamest ijiem leave biex

348
02:23:08.820 --> 02:23:14.400
jieħu ħsieb lit-tfal jew xi qarib li jgħix taħt l-istess saqaf. Se

349
02:23:14.400 --> 02:23:21.800
nkomplu niddiskutu mal-imsieħba soċjali biex niggarantixxu l-aħjar kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż l-introduzzjoni tal-parental

350
02:23:22.400 --> 02:23:28.770
leave u d-dritt għar-right to disconnect. Fuq kollox imma, irridu nħarsu lit-tfal

351
02:23:28.940 --> 02:23:36.580
u l-adoloxxenti mill-perikli taż-żmenijiet moderni, fosthom is-cyberbullying u nassiguraw li jkunu jafu

352
02:23:36.580 --> 02:23:41.660
kif għandhom jagħmlu użu għaqli tal-midja soċjali u l-mezzi teknoloġiċi varji li

353
02:23:41.660 --> 02:23:49.760
għandhom għad-disponibbiltà tagħhom. Dan il-pajjiż huwa magħruf għall-għaqal, ir-reżiljenza u l-bżulija tal-ħaddiema

354
02:23:50.180 --> 02:24:00.040
tiegħu; l-aqwa riżorsa li għandu pajjiżna. Irridu nsostnu l-kultura tat-tfaddil li dejjem

355
02:24:00.040 --> 02:24:05.260
kellna f’pajjiżna bħala mezz ieħor kif insaħħu lill-familji tagħna. Hekk kif il-Gvern

356
02:24:05.440 --> 02:24:09.860
issa għandu l-pjan li jkompli jsaħħaħ ir-riżerva ta’ fondi pubbliċi għal sitwazzjonijiet

357
02:24:11.120 --> 02:24:18.780
ta’ emerġenza b’metodi differenti, hekk ukoll irridu ninkoraġġixxu lill-familji tagħna jfaddlu aktar.

358
02:24:18.780 --> 02:24:24.410
Familji li jqassmu d-dħul tagħhom b’għaqal, familji li jaħsbu għall-futur sabiex jassiguraw

359
02:24:24.580 --> 02:24:29.180
futur tajjeb kemm jista’ jkun għalihom – speċjalment meta jiġu biex jieqfu

360
02:24:29.180 --> 02:24:36.380
jaħdmu u jirtiraw – u għal uliedhom. Lit-tfal tagħna rridu narawhom b’saħħithom

361
02:24:36.380 --> 02:24:40.900
u għal din ir-raġuni huwa importanti l-impenn ta’ din l-Amministrazzjoni li nidentifikaw

362
02:24:42.040 --> 02:24:50.290
sfidi fiżiċi, intellettwali, soċjali u edukattivi kmieni kemm jista’ jkun. Dan ma

363
02:24:50.240 --> 02:24:55.260
jgħoddx biss għat-tfal iżda għal kull faxxa tas-soċjetà tagħna; lil kull wieħed

364
02:24:55.440 --> 02:25:01.640
u waħda minna li matul ħajtu jiffaċċja sfidi differenti ta’ saħħa mentali.

365
02:25:01.640 --> 02:25:08.340
Inkunu nistgħu ngħidu li s-soċjetà twieżen lil kull min ikollu bżonn meta

366
02:25:08.550 --> 02:25:14.420
nkissru darba għal dejjem l-istigma marbuta mas-saħħa mentali. Meta l-isfidi ta’ saħħa

367
02:25:14.420 --> 02:25:18.960
mentali jkunu indirizzati daqs kwalunkwe problema ta’ saħħa oħra, li fuqha ma

368
02:25:18.960 --> 02:25:25.920
naħsbuhiex darbtejn sabiex infittxu l-għajnuna mit-tobba tagħna. Is-snin li ġejjin se jkunu

369
02:25:25.920 --> 02:25:36.540
kruċjali sabiex pajjiżna jilħaq il-milja tas-servizzi speċjalizzati u b’xejn fil-qasam tas-saħħa mentali,

370
02:25:36.540 --> 02:25:40.200
proġetti li jmorru lil hinn minn dak li qatt kellna bħalu s’issa

371
02:25:40.620 --> 02:25:47.360
u jilħaq lil dawk kollha li jkollhom bżonnu. Daqskemm tajna attenzjoni u

372
02:25:47.360 --> 02:25:53.340
enerġija biex niġġieldu l-pandemija fl-aħħar sentejn, daqshekk ieħor irridu nagħtu biex niġġieldu

373
02:25:53.340 --> 02:26:01.780
din ir-realtà tas-soċjetà llum. Fl-aħħar snin ilħaqna investiment rekord fl-oqsma soċjali. Il-pajjiż

374
02:26:02.440 --> 02:26:09.220
investa ammont rekord filwaqt li naqqas id-dipendenza soċjali. Il-Gvern irid jibqa’ jsostni

375
02:26:09.440 --> 02:26:16.900
l-programm soċjali tiegħu u fejn meħtieġ jaġġornah. Iċ-ċifri dwar id-deprivazzjoni materjali u

376
02:26:16.900 --> 02:26:23.330
soċjali juru li dawn baqgħu stabbli f’livelli baxxi minkejja l-pandemija u l-effetti

377
02:26:23.460 --> 02:26:29.380
tagħha. Dan wara li tul is-snin kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta’

378
02:26:29.580 --> 02:26:36.400
nies f’dawn is-sitwazzjonijiet. Iżda, il-Gvern jibqa’ impenjat li jwieżen lil kulħadd u

379
02:26:36.630 --> 02:26:47.000
lill-iktar sezzjonijiet vulnerabbli fostu. Irridu nibqgħu nsaħħu l-pensjonijiet u s-servizzi għall-anzjani tagħna.

380
02:26:48.200 --> 02:26:55.720
Irridu nħaddmu politika li tinċentiva lill-anzjani jibqgħu jgħixu fil-komunità. Akkomodazzjoni soċjali u

381
02:26:55.720 --> 02:27:03.340
affordabbli hija wkoll element qawwi tal-programm soċjali ta’ dan il-pajjiż. Għalhekk irridu

382
02:27:03.800 --> 02:27:08.990
nlestu l-akbar proġett ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali li jammonta għal 1,700

383
02:27:08.940 --> 02:27:15.700
unit ġdid. Dan, filwaqt li nsostnu skemi li diġà jeżistu, nestenduhom u

384
02:27:15.700 --> 02:27:24.020
naħsbu f’inizjattivi ġodda. Inqisu l-investiment li rridu nagħmlu fis-settur kulturali bħala wieħed

385
02:27:24.020 --> 02:27:29.810
kruċjali mhux biss għal dawk li jaħdmu fis-settur, li l-kreattività tagħhom hija

386
02:27:29.860 --> 02:27:36.620
kruċjali għal pajjiżna, iżda wkoll għall-identità u l-ħajja soċjali u kulturali tagħna.

387
02:27:36.620 --> 02:27:42.640
Irridu li l-kultura f’pajjiżna wkoll tirkupra malajr u tilħaq qċaċet ogħla minn

388
02:27:42.710 --> 02:27:49.740
dawk li lħaqna qabel. Il-mira tal-Gvern hija ċara; li aktar persuni u

389
02:27:49.740 --> 02:27:55.310
aktar komunitajiet ikunu esposti għal kultura tal-aqwa livell. Il-kultura hija l-post tax-xogħol

390
02:27:56.760 --> 02:28:02.050
ta’ eluf dejjem jikbru ta’ persuni li jaħdmu fil-qasam tal-ekonomija kreattiva. Il-Gvern

391
02:28:03.920 --> 02:28:11.300
se jkun qiegħed jinvesti fihom b’allokazzjoni ta’ iktar fondi inkluż b’inċentivi fiskali.

392
02:28:11.300 --> 02:28:18.440
Se nkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ekosistema kulturali ta’ pajjiżna. Se nlestu għalhekk il-Malta

393
02:28:18.860 --> 02:28:24.980
International Contemporary Art Space fil-Floriana li se jkun pjattaforma ewlenija għal fejn

394
02:28:25.140 --> 02:28:34.880
tidħol l-arti viżwali imma mhux biss. Ladarba hemm qbil ġenerali li t-Teatru

395
02:28:34.830 --> 02:28:41.840
Rjal għandu jissaqqaf u jkollu funzjoni li taqdi aħjar il-bżonnijiet tal-artisti u

396
02:28:42.140 --> 02:28:48.920
l-kreattivi kontemporanji, se naraw li jsiru l-preparamenti neċessarji sabiex dan il-post jingħata

397
02:28:48.920 --> 02:28:57.700
skop bħala ċentru kulturali prominenti fil-Belt Valletta matul is-sena kollha. L-identità tagħna

398
02:28:57.700 --> 02:29:05.500
tissaħħaħ ukoll billi nħarsu t-tradizzjonijiet kulturali ewlenin u l-patrimonju tagħna. Matul din

399
02:29:05.450 --> 02:29:12.200
il-leġiżlatura se nagħtu għajnuniet bla preċedent lis-soċjetajiet mużikali Maltin u d-diversi aspetti

400
02:29:12.500 --> 02:29:18.600
tal-festa Maltija. Se jitlesew ukoll il-proġetti tal-Palazz tal-Gran Mastru u l-Arkivji Notarili,

401
02:29:18.600 --> 02:29:25.640
fost għadd ta’ proġetti oħra. Huwa tajjeb ħafna li nqisu l-isport bħala

402
02:29:25.640 --> 02:29:34.800
parti essenzjali minn ħajja b’saħħitha iżda wasal iż-żmien li nimmiraw ogħla hawn

403
02:29:34.800 --> 02:29:41.840
ukoll. Għandna quddiemna okkażjonijiet importanti biex nuru x’kapaċi jagħmel l-atleta Malti. L-invitational

404
02:29:42.600 --> 02:29:48.280
games tal-iSpecial Olympics fi ftit jiem oħra se jkunu okkażjoni sabiħa li

405
02:29:48.280 --> 02:29:54.080
jpoġġu lil Malta fuq il-mappa sportiva internazzjonali u ta’ inklużività. Imbagħad induru

406
02:29:54.080 --> 02:30:02.340
fuq il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’pajjiżna fl-2023 u l-Olimpjadi ta’ Pariġi fl-2024 fejn

407
02:30:02.340 --> 02:30:08.720
irridu ninvestu fl-atleti żgħażagħ tagħna biex nagħtuhom l-aqwa opportunità li jikkompetu b’suċċess.

408
02:30:09.380 --> 02:30:17.010
Fuq kollox irridu soċjetà ugwali. Dan il-pajjiż jiftaħar li qiegħed l-ewwel fid-drittijiet

409
02:30:17.480 --> 02:30:23.150
ċivili iżda ma jfissirx li l-ħidma tagħna favur l-ugwaljanza tista’ tieqaf f’xi

410
02:30:23.280 --> 02:30:30.500
mument. Fost il-prijoritajiet ewlenin hemm dawk li jridu jarawna nagħtu ċans ikbar

411
02:30:30.450 --> 02:30:35.720
lil aktar familji biex isiru ġenituri. Għalhekk se jitressqu numru ta’ emendi

412
02:30:36.260 --> 02:30:41.960
għal-liġijiet li jirregolaw l-IVF f’pajjiżna bil-prinċipju jibqa’ dejjem dak li noffru tama

413
02:30:41.960 --> 02:30:49.860
akbar lill-aktar ġenituri prospettivi. L-emendi jkunu kkumplimentati bl-investiment meħtieġ biex il-proċess ikun

414
02:30:49.860 --> 02:30:56.060
jista’ jsir. L-ugwaljanza fuq kull livell hija waħda mill-valuri li trid tibqa’

415
02:30:56.060 --> 02:31:02.110
tiddistingwina bħala pajjiż. Huwa ta’ sodisfazzjon li qed nibdew din il-leġiżlatura b’parlament

416
02:31:02.060 --> 02:31:08.620
aktar ugwali fejn għandna rappreżentanza femminili iktar b’saħħitha. Dan il-prinċipju rridu neħduh

417
02:31:10.180 --> 02:31:17.770
anke f’oqsma oħra, inkluż fil-postijiet tax-xogħol, b’mod partikolari fil-boardrooms fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

418
02:31:18.340 --> 02:31:24.460
Se nagħmlu dan ukoll b’għadd ta’ inċentivi. Il-Malta li rridu nibdew nibnu

419
02:31:24.710 --> 02:31:30.920
fil-ħames snin li ġejjin hija Malta isbaħ, aktar ġusta, aktar dinamika u

420
02:31:30.920 --> 02:31:36.380
sostenibbli. Il-prosperità ġdida li qed naspiraw għaliha se jkun hemm min jgħid

421
02:31:36.380 --> 02:31:42.560
li mhijiex fattibbli. Se jkun hemm min jgħid li wara pandemija ma

422
02:31:42.560 --> 02:31:47.040
nifilħux inwettqu dawn il-bidliet kollha u li waqt gwerra ma nistgħux inwettqu

423
02:31:48.280 --> 02:31:55.620
d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija. Imma dan żgur mhuwiex il-mument li nipposponu riformi u bidliet.

424
02:31:55.620 --> 02:32:04.620
Anzi għandna nifhmu l-lezzjoni tal-pandemija. Kienu pajjiżi bħal Malta li kienu għamlu

425
02:32:04.820 --> 02:32:10.680
riformi kbar qabel seħħet il-pandemija li sabu ruħhom f’pożizzjoni li jirreaġixxu u

426
02:32:10.680 --> 02:32:17.940
jagħmlu tajjeb għall-effetti tal-pandemija. Għalhekk kull sfida trid twassalna biex inwettqu bidliet

427
02:32:17.940 --> 02:32:23.880
dejjem aktar kuraġġużi. Huwa biss jekk inkomplu niġġeddu li nibqgħu nkunu pajjiż

428
02:32:23.880 --> 02:32:30.720
ta’ suċċess. Flimkien mhux biss għandna l-potenzjal li niksbu l-aspirazzjonijiet kollha tagħna

429
02:32:30.720 --> 02:32:36.720
imma li nkomplu ngħollu l-livell ta’ dak li kapaċi nilħqu. Pajjiżna u

430
02:32:36.860 --> 02:32:43.420
l-poplu tiegħu għandu futur sabiħ jekk nagħrfu naħdmu għalih. Jiddependi minna lkoll

431
02:35:03.960 --> 02:37:29.820
flimkien. Nirringrazzjakom. L-Onor. Cressida Galea. Sur President, nipproponi dan l-avviż ta’ mozzjoni:

432
02:37:34.520 --> 02:37:41.510
Sur President, aħna Membri tal-Kamra tad-Deputati, nirringrazzjawk, kif huwa d-dmir tagħna, għad-diskors

433
02:37:41.840 --> 02:37:57.860
li għoġbok ġentilment tagħmel lill-Kamra tad-Deputati fil-Ftuħ tal-Erbatax-il Parlament. Min jissekonda? Nissekonda.

434
02:37:57.810 --> 02:38:13.860
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex jitressqu

435
02:38:13.810 --> 02:38:29.600
sitt mozzjonijiet mingħajr avviż. Hawn permess? Sur President, nipproponi Illi minkejja kull

436
02:38:30.390 --> 02:38:34.610
provvediment ieħor li hemm fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, il-mistoqsijiet li jidhru fuq l-aġenda

437
02:38:34.560 --> 02:38:39.250
ta’ seduta jistgħu jsiru sa żmien nofs siegħa mill-ħin li fih tkun

438
02:38:39.200 --> 02:38:45.510
imsejħa biex tibda s-seduta. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa

439
02:38:49.500 --> 02:38:52.320
u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk kontra?

440
02:38:55.500 --> 02:39:00.670
Agreed. Sur President, nipproponi: Illi matul din il-Leġiżlatura: (a) fil-każ tal-assenza inevitabbli

441
02:39:00.620 --> 02:39:06.410
tal-Onorevoli Speaker, min dak iż-żmien ikun Deputy Speaker jassumi l-kariga ta’ Speaker

442
02:39:06.360 --> 02:39:11.060
bil-poteri u d-doveri kollha li jappartjenu għall-Uffiċċju ta’ Speaker; u (b) fil-każ

443
02:39:11.010 --> 02:39:17.720
tal-assenza inevitabbli tal-President tal-Kumitati, il-Viċi President tal-Kumitati jassumi l-kariga ta’ President tal-Kumitati

444
02:39:17.670 --> 02:39:24.320
bil-poteri u d-doveri kollha li jappartjenu għall-Uffiċċju tal-President tal-Kumitati. Min jissekonda? Nissekonda.

445
02:39:24.270 --> 02:39:29.330
Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru

446
02:39:29.280 --> 02:39:36.440
għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. Sur President, nipproponi: Illi matul din

447
02:39:36.840 --> 02:39:42.160
il-Leġiżlatura, minkejja l-Ordni Permanenti Nru 171 u kull provvediment ieħor fl-Ordnijiet Permanenti:

448
02:39:42.940 --> 02:39:46.020
(a) il-Minuti tal-Proċeduri tal-Kamra; u (b) l-Aġenda tas-Seduti tal-Kamra, ikunu jistgħu jsiru

449
02:39:46.290 --> 02:39:53.720
bil-Malti biss. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija

450
02:39:53.670 --> 02:39:58.890
mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. Sur

451
02:39:58.840 --> 02:40:09.260
President, nipproponi: Illi matul din il-Leġiżlatura l-Ordni Permanenti Nru 173 ikun sospiż;

452
02:40:09.260 --> 02:40:13.920
u Illi sakemm iddum din is-sospensjoni l-Ispeaker huwa awtorizzat li safejn jidhirlu

453
02:40:14.960 --> 02:40:18.980
possibbli jkun jista’ jagħmel arranġamenti biex ikunu jistgħu jittieħdu d-dibattiti u d-diskussjonijiet

454
02:40:19.740 --> 02:40:24.830
kollha tal-Kamra tad-Deputati, u safejn id-dibattiti u d-diskussjonijiet jittieħdu skont dawn l-arranġamenti

455
02:40:25.380 --> 02:40:30.790
għandhom jikkostitwixxu l-ġurnali tal-Kamra tad-Deputati. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif

456
02:40:35.760 --> 02:40:37.720
imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk

457
02:40:37.740 --> 02:40:49.390
kontra? Agreed. Sur President, nipproponi Illi matul din il-Leġiżlatura l-Ordni Permanenti Nru.

458
02:40:49.340 --> 02:40:53.120
25 - "L-istess mozzjoni ma tistax terġa’ tiġi proposta fl-istess sessjoni" -

459
02:40:53.720 --> 02:40:57.340
u l-Ordni Permanenti Nru. 107 - "L-istess Abbozz ta’ Liġi ma għandux

460
02:40:58.640 --> 02:41:03.860
jitressaq darbtejn fl-istess sessjoni" - huma sospiżi, flimkien ma’ kull provvediment ieħor

461
02:41:04.060 --> 02:41:09.590
tal-Ordnijiet Permanenti li jmur kontra din is-sospensjoni. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija

462
02:41:09.540 --> 02:41:15.160
l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk

463
02:41:15.200 --> 02:41:23.810
favur? Dawk kontra? Agreed. Sur President, nipproponi: Illi l-Kamra tad-Deputati, Wara li

464
02:41:23.760 --> 02:41:30.400
rat l-Ordni Permanenti 120A (i) taħtar il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, li

465
02:41:30.400 --> 02:41:38.080
skont l-Ordni Permanenti 120C(5) ikun presedut mill-Ispeaker u skont l-Ordni Permanenti 120C(3)

466
02:41:38.660 --> 02:41:43.260
ikun kompost minn dawn il-membri: L-Onor. Chris Fearne - Kap tal-Kamra L-Onor.

467
02:41:44.640 --> 02:41:49.610
Andy Ellul L-Onor. Byron Camilleri L-Onor. Robert Cutajar L-Onor. David Agius. B’dan

468
02:41:49.800 --> 02:41:57.000
illi kull naħa tal-Kamra jkollha d-dritt għas-sostituzzjoni tal-membri msemmija kif provdut fl-Ordni

469
02:41:57.820 --> 02:42:06.330
Permanenti 120C(4). Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija l-Mozzjoni kif imressqa u moqrija

470
02:42:06.280 --> 02:42:14.130
mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. Il-Ministru

471
02:42:14.080 --> 02:42:24.510
Byron Camilleri. Sur President, nitlob il-permess tal-Kamra sabiex inressaq erba’ mozzjonijiet mingħajr

472
02:42:24.460 --> 02:42:27.460
avviż. Hawn permess? Il-Ministru Byron Camilleri. Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz

473
02:42:27.680 --> 02:42:36.370
ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali, Kap. 420”.

474
02:42:36.320 --> 02:42:36.370
Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att

475
02:42:36.320 --> 02:42:45.370
dwar il-Protezzjoni Internazzjonali jkun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed.

476
02:42:45.320 --> 02:42:52.260
Il-Ministru Byron Camilleri. Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ

477
02:42:53.860 --> 02:42:59.420
“Att biex jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni, Kap. 217”. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija

478
02:42:59.370 --> 02:42:59.420
hija li l-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni jkun moqri

479
02:42:59.370 --> 02:43:07.590
l-Ewwel Darba. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. Il-Ministru Byron Camilleri. Sur President,

480
02:43:07.840 --> 02:43:11.520
nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att li jemenda l-Att dwar

481
02:43:11.990 --> 02:43:17.340
il-Kummissarji għall-Ġustizzja, Kap. 291”. Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta’

482
02:43:17.340 --> 02:43:19.870
Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja jkun moqri l-Ewwel Darba. Dawk

483
02:43:21.400 --> 02:43:28.220
favur? Dawk kontra? Agreed. Il-Ministru Byron Camilleri. Sur President, nipproponi l-Ewwel Qari

484
02:43:28.420 --> 02:43:35.670
tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att li jemenda l-Att dwar il-Condominia, Kap. 398”.

485
02:43:35.620 --> 02:43:35.670
Min jissekonda? Nissekonda. Il-mistoqsija hija li l-Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att

486
02:43:35.620 --> 02:43:47.080
dwar il-Condominia jkun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed. L-Onor.

487
02:43:47.030 --> 02:43:56.060
Andy Ellul. Sur President, ninforma lill-Kamra li ntlaħaq ftehim li sakemm il-Kamra

488
02:43:56.280 --> 02:44:01.170
ma tiddeċidix mod ieħor, limitatament għar-rigward tal-ħin li fih se tiltaqa’ l-Kamra

489
02:44:01.500 --> 02:44:06.320
kif ukoll dwar it-tul tad-diskorsi, se jkunu qed jiġu japplikati l-provvedimenti kontenuti

490
02:44:06.670 --> 02:44:11.950
fil-Mozzjoni ta’ Proċedura li kienet in vigore fl-aħħar leġiżlatura. Ninforma wkoll lill-Kamra

491
02:44:12.340 --> 02:44:17.460
li skont il-provvedimenti tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra, nhar it-Tnejn u t-Tlieta mhux se

492
02:44:17.460 --> 02:44:21.600
jkun hemm mistoqsijiet parlamentari fuq l-aġenda. Intlaħaq qbil li l-Kamra se tkun

493
02:44:21.600 --> 02:44:33.020
qed tgħaddi mill-ewwel għall-Ordnijiet tal-Ġurnata. L-Onor. Robert Cutajar. Sur President, nikkonferma li

494
02:44:33.020 --> 02:44:39.940
hemm dan il-ftehim. Grazzi. Sar il-ħin. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa,

495
02:44:39.890 --> 02:44:42.880
jekk jogħġbu, jipproponi l-Aġġornament tal-Kamra. Sur President, nipproponi l-Aġġornament tal-Kamra għal nhar

496
02:44:43.180 --> 02:44:48.580
it-Tnejn, 9 ta’ Mejju 2022 fl-4.00 p.m. b’din l-aġenda: Ordnijiet tal-Ġurnata Indirizz

497
02:44:49.250 --> 02:44:58.100
b’risposta għad-diskors tal-President ta’ Malta. Il-mistoqsija hija li l-Kamra taġġorna għal nhar

498
02:44:58.350 --> 02:45:01.300
it-Tnejn, 9 ta’ Mejju 2022 fl-4.00 p.m. bl-aġenda kif komunikata mid-Deputat Prim

499
02:45:01.300 --> 02:45:01.450
Ministru u Ministru għas-Saħħa. Dawk favur? Dawk kontra? Agreed.
